POLITIKA DWAR IL-COOKIES TAL-LIBRERIJI TAL-EMANUALS

INTRODUZZJONI

Din il-Politika dwar il-Cookies tipprovdi informazzjoni dwar kif jintużaw il-cookies u teknoloġiji simili fuq is-siti web tal-eManuals, sabiex inti tkun tista' tagħmel għażla infurmata dwar l-aċċettazzjoni tiegħek tal-cookies meta tkun qed tuża dawn is-siti.

X'INHUMA L-COOKIES?

"Cookie" hija fajl tat-test żgħir li jitqiegħed u jinħażen fuq il-kompjuter, l-ismartfown jew tagħmir ieħor jew brawżer tal-internet tiegħek minn siti web jew applikazzjonijiet li żżur. Il-cookies jippermettu li ammonti żgħar ta' informazzjoni dwar it-tagħmir tiegħek jgħaddu għand is-server tal-web tagħna. Dawn jippermettu lis-siti web jagħrfu l-kompjuter, l-ismartfown, it-tablet jew tagħmir ieħor tiegħek sakemm tkun qed tibbrawżja. Il-web beacons, pixels, JavaScript, u teknoloġiji oħra ta' traċċar ukoll jużaw il-cookies u/jew jużaw immaġni inviżibbli jew kodiċi biex jiġbru informazzjoni dwar sessjoni ta' viżitatur b'mod simili għal dak tal-cookies. Skont kemm iddum cookie fuq it-tagħmir tiegħek, aħna nistgħu niddeskrivu l-cookies jew bħala cookies ta' sessjoni jew cookies persistenti.

COOKIES TA' SESSJONI

Cookie ta' sessjoni titħassar ladarba tagħlaq is-sit web rilevanti. Cookie ta' sessjoni tista' tippermetti lil sit web jiftakrek sakemm tkun qed tibbrawżja s-sit, iżda l-cookie se titneħħa meta toħroġ mill-paġna web jew tagħlaqha jew tagħlaq il-brawżer tal-internet tiegħek. Pereżempju, cookie ta' sessjoni tista' tintuża biex tippermetti karatteristiċi bħall-basktijiet tax-xiri biex jiftakru jekk żidtx xi oġġett fil-basket tiegħek sakemm tkun qed tibbrawżja għal oġġetti oħra li tixtieq tixtri minn fuq is-sit web.

COOKIES PERSISTENTI

Cookie persistenti tiftakrek għal perjodu ta' żmien partikolari. Tibqa' maħżuna fuq it-tagħmir jew il-brawżer tal-internet tiegħek għal dak iż-żmien (jista' jkun minuti, ġranet jew xhur) wara li tkun ħriġt mill-brawżer jew tkun għalaqtu. Pereżempju, il-cookies persistenti jistgħu jintużaw biex jiftakru jekk tkunx għażilt xi preferenzi partikolari fuq sit web (eż. l-għażla tal-lingwa tiegħek).

KIF JUŻAW IL-COOKIES IL-LIBRERIJI TAL-EMANUALS?

Il-Libreriji tal-eManuals ta' Medtronic jużaw kemm il-cookies ta' sessjoni kif ukoll dawk persistenti. Il-cookies u teknoloġiji simili oħra jintużaw minn Medtronic għal diversi raġunijiet differenti. Il-cookies xi kultant huma neċessarji biex is-sit web tagħna jaħdem sew u jippermetti l-funzjonalità, bħall-preferenzi tas-sit tal-utent biex jaħdmu sew. Il-cookies jippermettulna ngħoddu l-viżitaturi li jżuru s-sit web tagħna u nsiru nafu kif jużaw is-sit web tagħna u l-karatteristiċi tiegħu, filwaqt li jippermettulna ntejbu l-esperjenza b'mod kontinwu. Għal dettalji dwar il-cookies li jintużaw fuq is-Siti Web tal-eManuals ta' Medtronic jekk jogħġbok ara hawn taħt.

COOKIES LI NUŻAW

Il-cookies li jistgħu jintużaw fuq il-Libreriji tal-eManuals jistgħu jiġu kategorizzati kif ġej:

COOKIES STRETTAMENT NEĊESSARJI JEW COOKIES ESSENZJALI

Dawn il-cookies huma meħtieġa biex jiżguraw li dan is-sit web jaħdem sew u b'mod sigur, filwaqt li jħalluk iddur is-sit web, tuża l-karatteristiċi tiegħu, u tirreġistra l-preferenza tiegħek rigward l-użu tagħna tal-cookies fuq it-tagħmir tiegħek. Mingħajr dawn il-cookies, ċertu funzjonalitajiet ma jkunux disponibbli u inti ma tkunx tista' tuża ċerti servizzi offruti mis-sit web. Dawn il-cookies ma jiġbrux informazzjoni dwarek għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u ma jintużawx biex jissorveljaw b'mod ġenerali l-attività tiegħek fuq l-internet.

COOKIES TA' FUNZJONALITÀ

Dawn il-cookies jippermettu lil sit web jiftakar l-għażliet li tkun għamilt (inkluż l-awtentikazzjoni tar-rwol ta' utent, l-aċċettazzjoni ta' ċaħdiet ta' responsabbiltà, u l-lingwa), l-isem tal-utent tiegħek jekk ikun rilevanti, u kwalunkwe personalizzazzjoni li tkun għamilt (bħad-daqs tat-tipa) jew għażliet ta' personalizzazzjoni bħala parti mill-esperjenza tiegħek online. Jistgħu jintużaw ukoll biex jipprovdu ċerti servizzi li inti tkun tista' tuża, bħal kontenut tal-vidjo, jew tħalli kummenti fuq blog.

COOKIES TAL-ANALITIKA/TA' PRESTAZZJONI

Dawn il-cookies jintużaw biex jimmaniġġjaw u jtejbu l-mod kif jaħdem is-sit web u jistgħu jgħinuna nidentifikaw problemi li jista' jkollok meta tuża s-servizzi online tagħna. Dawn il-cookies jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw stħarriġ online, jirreġistraw in-numru tal-viżitaturi u metrika oħra tal-analitika tal-web. Dawn il-cookies ma jintużawx biex iqegħduk fil-mira ta' reklamar online. Mingħajr dawn il-cookies aħna jkollna informazzjoni limitata dwar il-prestazzjoni tas-sit web tagħna u ma nkunux nistgħu nagħmlu t-titjib rilevanti għall-esperjenza tal-ibbrawżjar. Il-perjodi taż-żamma tad-data ta' Adobe Analytics huma stabbiliti għal 25 xhar bħala standard.

DETTALJI TAL-COOKIES LI JISTGĦU JINTUŻAW

TIP TA' COOKIE COOKIE SKOP INFORMAZZJONI MIĠBURA DURATA
Cookies strettament neċessarji jew cookies essenzjali Adobe Tag Manager (DTM); Użati għall-kontroll tat-tqegħid tal-cookies għat-traċċar tal-analitika fuq is-sit għal kull aċċettazzjoni (opt in) u l-preferenzi għall-cookies fuq it-tagħmir tiegħek. L-ebda informazzjoni miġbura - dan il-kodiċi jiġi applikat biex jippermetti t-tqegħid tal-cookies għat-traċċar. Cookies ta' sessjoni u cookies persistenti
Analitika/Prestazzjoni Adobe SiteCatalyst Analytics Il-cookies tal-analitika tal-ewwel parti u ta' partijiet terzi jintużaw biex tinġabar informazzjoni dwar kif il-viżitaturi jużaw is-sit web tagħna. Il-cookies ta' partijiet terzi huma ssettjati minn siti web Saas tal-analitika li jappartjenu lil dominju li huwa differenti u distint mid-dominju tas-sit web li żar l-utent skont kif muri fl-istrixxa tal-indirizzi tal-brawżer. Aħna nittraċċaw it-talbiet għal manwali għal prodotti speċifiċi, unitajiet speċifiċi tan-negozju u pajjiżi speċifiċi u nirrapportaw dwarhom. Id-data personali mhijiex miġbura u lanqas nirrappurtaw dwarha. Cookies ta' sessjoni u cookies persistenti
Analitika/Prestazzjoni Dynatrace Il-cookies u t-traċċaturi ta' partijiet terzi jintużaw għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-applikazzjoni u għall-istatistika operattiva. Informazzjoni dwar l-uptime tas-sit u notifiki jekk is-sit ma jkunx qed jaħdem. Cookies ta' sessjoni u cookies persistenti
Cookies strettament neċessarji jew cookies essenzjali JSESSIONID Fittex ir-Riżultati u pprintja l-informazzjoni tal-kunsinna tal-ordni. Inputs tat-tiftix ta' sessjoni (numru tal-mudell, isem tal-prodott, pajjiż, lingwa). Ipprintja l-isem tal-ordni u d-data tal-indirizz. Cookies ta' sessjoni (jibqgħu maħżuna fuq it-tagħmir tiegħek sa ftit sigħat f'xi każijiet)
Funzjonalità Preferenzi tal-pajjiż u tal-lingwa Tippermetti lill-utent jaqbeż l-għażla tal-pajjiż u tal-lingwa meta jerġa' jżur is-sit. Pajjiż u lingwa magħżula fl-iskrins inizjali. Cookies persistenti
Funzjonalità Ipprintja l-informazzjoni tal-kunsinna tal-ordni Tippermetti l-popolazzjoni awtomatika tal-informazzjoni għall-kunsinna fuq ordnijiet tal-istampar futuri. Isem tal-utent u informazzjoni tal-indirizz. Cookies persistenti

PRIVATEZZA U COOKIES - ID-DATA PERSONALI TIEGĦEK

Meta xi data personali ssir disponibbli għal Medtronic permezz ta' data miġbura permezz tal-cookies, il-politika ta' privatezza tagħna, disponibbli hawn, tipprovdi aktar dettalji dwar l-użu li nistgħu nagħmlu minn tali data personali, u dwar id-drittijiet tiegħek f'dan ir-rigward.

L-GĦAŻLIET TIEGĦEK/KIF TISTA' TIKKONTROLLA L-COOKIES

Għandek diversi għażliet biex tikkontrolla kif jintużaw il-cookies fuq it-tagħmir jew il-brawżer tiegħek. Tista' tagħżel li tirċievi notifika meta jiġu ssettjati l-cookies, tista' tħassar cookies li diġà ġew issettjati u tista' tagħżel li tirrifjuta l-cookies kollha jew uħud minnhom. Għal aktar dettalji dwar l-għażliet disponibbli żur http://www.allaboutcookies.org jew http://cookiepedia.co.uk/how-to-manage-cookies. Jekk jogħġbok innota li l-ebda sit mhuwa proprjetà ta', immaniġġjat jew inkella kkontrollat minn Medtronic jew xi ħadd mill-affiljati tiegħu.

Jekk jogħġbok innota li jekk tagħmel xi aġġornamenti lill-konfigurazzjonijiet tal-brażwer jew tat-tagħmir tiegħek jew tuża link online biex ma taċċettax (opt out) il-cookies, dawk l-aġġornamenti japplikaw biss għat-tagħmir li fuqu għamilt il-bidliet.

Jekk tiddiżattiva jew timblokka l-cookies kollha s-siti tal-eManuals jistgħu ma jaħdmux b'mod effettiv. Barra minn hekk, id-diżattivar jew l-imblukkar ta' ċerti cookies jista' jfisser li xi karatteristiċi offruti mis-siti tal-eManuals jistgħu ma joperawx kif suppost, jew inkella jista' ma jkollokx aċċess għal ċerti karatteristiċi jew konfigurazzjonijiet ta' personalizzazzjoni.

KONFIGURAZZJONIJIET TAL-BRAWŻER

Ħafna mill-konfigurazzjonijiet tal-brawżer jippermettulek taġġusta l-konfigurazzjonijiet tiegħek biex tirċievi notifika meta cookie tkun qed tiġi ssettjata jew aġġornata, jew tista' tillimita jew timblokka ċerti tipi ta' cookies jew il-cookies kollha. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima "Għajnuna" tal-brawżer tiegħek.

KONFIGURAZZJONIJIET TAT-TAGĦMIR

Il-konfigurazzjonijiet tat-tagħmir tagħna jistgħu jippermettulek ukoll tipprojbixxi lill-pjattaformi tal-applikazzjonijiet tal-mowbajl (bħal Apple jew Google) milli jaqsmu ċerta informazzjoni ma' Medtronic miksuba permezz ta' mezzi awtomatizzati.

RIFJUT (OPT OUT) TA' COOKIES SPEĊIFIĊI

Inti tista' wkoll ma taċċettax cookies speċifiċi direttament mill-fornitur tal-cookie. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok segwi l-links t'hawn taħt:

ANALITIKA/PRESTAZZJONI:

Adobe Analytics: http://www.d1.sc.omtrdc.net/optout.html

IKKUNTATTJANA

Jekk f'xi ħin, ikollok xi talbiet jew mistoqsijiet rigward din il-politika jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: rs.globaldataprivacyoffice@medtronic.com.

DATA U BIDLIET EFFETTIVI

Din il-verżjoni tal-politika dwar il-cookies tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April, 2019. Aħna nistgħu naġġornaw din il-Politika dwar il-Cookies minn żmien għal żmien.