TERMINI DWAR L-UŻU
AVVIŻ LEGALI IMPORTANTI: JEKK JOGĦĠBOK AQRA DAWN IT-TERMINI DWAR L-UŻU BIR-REQQA.
Dawn it-Termini dwar l-Użu jiddeskrivu r-regoli għall-viżitaturi li jżuru s-siti web tal-eManuals ta' Medtronic (kollettivament "dan is-sit web").
- Librerija tal-Manwali ta' Medtronic
- Librerija tal-Informazzjoni għall-Pazjenti dwar l-Impjanti
- Librerija tar-Riżorsi tal-MRI ta' Medtronic
- Librerija tal-Manwali ta' NayaMed
- Manwali ta' Medtronic: Verżjonijiet Preċedenti
- Librerija tal-Manwali ta' NayaMed: Verżjonijiet Preċedenti
L-accessar ta' kwalunkwe parti minn dan is-sit web jindika li inti taċċetta dawn it-Termini dwar l-Użu bis-sħiħ. Jekk inti ma taċċettax dawn it-Termini dwar l-Użu tużax dan is-sit web u itlaq mis-sit web immedjatament.
Dan is-sit web huwa proprjetà ta' Medtronic u huwa mħaddem minnu. Medtronic huwa l-isem li nużaw biex nirreferu għan-negozju sħiħ tagħna, inklużi s-sussidjarji u l-affiljati bħal Covidien u Medtronic Minimed. Meta nużaw il-kliem aħna jew tagħna nkunu qed infissru Medtronic. Medtronic jopera wkoll siti web oħrajn. Dawn it-Termini dwar l-Użu japplikaw biss għal dan is-sit web u ma japplikaw għall-ebda waħda mis-siti web l-oħrajn tagħna. Inti għandek tirrevedi t-termini dwar l-użu ppubblikati fuq is-siti web l-oħra ta' Medtronic meta żżurhom.
Dawn it-Termini dwar l-Użu ġew aġġornati l-aħħar fit-30 ta' April, 2019. Aħna nistgħu nbiddlu dawn it-Termini dwar l-Użu fi kwalunkwe ħin. Jekk jogħġbok irrevedi t-Termini dwar l-Użu kull darba li żżur is-sit web. Billi tuża dan is-sit web inti qed taċċetta l-verżjoni l-aktar riċenti tat-Termini dwar l-Użu.
DWAR L-INFORMAZZJONI FUQ IS-SIT WEB
DAN IS-SIT WEB MA JIPPROVDIX PARIRI MEDIĊI. JEKK TAĦSEB LI GĦANDEK XI EMERĠENZA MEDIKA, ĊEMPEL LIT-TABIB TIEGĦEK JEW LILL-FORNITUR TAS-SERVIZZI TA' EMERĠENZA IMMEDJATAMENT.
L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija għall-informazzjoni ġenerali tiegħek biss. L-informazzjoni li taqra fuq dan is-sit web ma tistax tibdel ir-relazzjoni li għandek mal-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek u mhijiex maħsuba biex taffettwa b'xi mod dik ir-relazzjoni. Medtronic ma jipprattikax il-mediċina jew jipprovdi servizzi jew pariri mediċi, u l-informazzjoni fuq dan is-sit web m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala pariri mediċi. Inti dejjem għandek tkellem lill-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek għad-dijanjożi u għall-kura.
L-informazzjoni dwar is-saħħa tinbidel malajr. Għaldaqstant, dejjem huwa aħjar li tikkonferma l-informazzjoni mal-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek.
Dan is-sit web huwa ffinanzjat u operat minn Medtronic. Dan is-sit web jista' jinkludi informazzjoni dwar prodotti li mhumiex disponibbli fir-reġjun jew il-pajjiż tiegħek. Jekk jogħġbok ikkonsulta t-tikkettar tal-prodott approvat kif ukoll l-indikazzjonijiet dwar l-użu għar-reġjun jew il-pajjiż tiegħek. Il-kontenut dwar prodotti speċifiċi ta' Medtronic huwa maħsub għall-utenti fi swieq li għandhom l-awtorizzazzjoni għall-użu.
ID-DRITTIJIET TAL-AWTUR U T-TRADEMARK TAGĦNA
Il-kontenut ta' dan is-sit web jappartjeni lilna jew huwa lliċenzjat lilna. Il-kontenut huwa protett bil-liġijiet dwar id-drittijiet tal-awtur fl-Istati Uniti, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi oħra. Hemm xi regoli importanti dwar l-ikkupjar ta' dan il-kontenut. Inti tista' tibgħat email, tniżżel, jew tistampa kopji tal-kontenut fuq dan is-sit web iżda għall-użu personali u mhux kummerċjali tiegħek biss (ħlief fejn eċċezzjoni bħal tranżazzjoni ġusta tkun permessa bil-liġi). Meta tibgħat email, tniżżel jew tistampa kopja tal-kontenut fuq dan is-sit web l-ebda dokument jew grafika relatata fuq dan is-sit web m'għandhom jiġu modifikati jew jintużaw separatament mit-testi li jakkumpanjaw u għandek tinkludi wkoll id-drittijiet tal-awtur kollha u l-avviżi l-oħra li jinsabu fil-kontenut, inkluż l-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur fuq in-naħa t'isfel tal-paġna web.
Aħna wkoll il-proprjetarji tal-ismijiet li nużaw għall-prodotti u s-servizzi tagħna fuq dan is-sit web, u dawn l-ismijiet huma protetti bil-liġijiet dwar it-trademarks fl-Istati Uniti, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi oħra. Jista' jkun il-każ ukoll li nirreferu għat-trademarks li jappartjenu lil partijiet terzi u li huma protetti bil-liġijiet dwar it-trademarks fl-Istati Uniti, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi oħra.
® li ssegwi xi isem fuq is-sit web tagħna tindika li t-trademark ġiet irreġistrata fl-Istati Uniti u/jew f'pajjiżi oħra.
Jista' jkun hemm regoli speċjali għall-użu tal-kontenut ipprovdut f'ċerti partijiet ta' dan is-sit web. Dawn ir-regoli speċjali se jkunu disponibbli ħdejn il-kontenut.
Għall-iskopijiet ta' dan l-avviż legali huwa pprojbit kull użu ta' estratti minn dan is-sit web li ma jkunx konformi ma' dawn it-Termini dwar l-Użu. Jekk tuża l-kontenut jew it-trademarks fuq dan is-sit web b'mod li mhuwiex permess b'mod ċar minn dawn it-Termini dwar l-Użu inti qed tikser il-ftehim tiegħek magħna u jista' jkun li qed tikser il-liġijiet dwar id-drittijiet tal-awtur, dwar it-trademarks u liġijiet oħra. F'dak il-każ, aħna se niċħdu awtomatikament il-permess tiegħek biex tuża dan is-sit web. Fil-każ li jiġi miċħud il-permess għall-użu ta' dan is-sit web inti għandek teqred immedjatament kwalunkwe estratti li niżżilt jew stampajt minn dan is-sit web. It-titolu għall-kontenut jibqa' tagħna jew tal-awturi tal-kontenut li jinsab fuq dan is-sit web. Huma riservati d-drittijiet kollha li mhumiex espressament mogħtija.
LINKS GĦAL DAN IS-SIT WEB U UŻU TAL-LOGO JEW TAT-TRADEMARKS TA' MEDTRONIC
Hawnhekk, inti tingħata liċenzja mhux esklużiva, limitata u revokabbli biex taqbad ma' dan is-sit web. Medtronic jirriserva d-dritt li jirrevoka din il-liċenzja b'mod ġenerali, jew id-dritt tiegħek biex tuża links speċifiċi, fi kwalunkwe mument. Jekk Medtronic jirrevoka din il-liċenzja inti taqbel li tneħħi u tiddiżattiva kull link tiegħek għal dan is-sit web immedjatament.
Inti taqbel li ma tippreżentax il-link għal dan is-sit web b'tali mod li jkun assoċjat ma' reklamar jew ikun jidher li jkun qed japprova xi organizzazzjoni, prodott jew servizz. Inti taqbel li l-link mhux se jidher fuq sit web li persuna raġonevoli tqis bħala oxxen, malafamanti, ta' fastidju, offensiv b'mod gravi, malizzjuż, kontroversjali, jew fuq sit web li jikser id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew drittijiet oħra ta' kwalunkwe persuna oħra u li ma jikkonformax b'xi mod ieħor mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha. Taħt l-ebda ċirkostanza ma tista' "tinkwadra" dan is-sit web jew xi kontenut tiegħu jew tikkopja porzjonijiet minn dan is-sit web għal fuq server. Inti taqbel li ma turix jew tuża l-logo jew it-trademark ta' Medtronic b'xi mod mingħajr il-permess bil-miktub tagħna minn qabel. Inti taqbel ukoll li ma tikkollegax minn sit web li ma jappartjenix lilek u li ma tirrappreżentax ħażin ir-relazzjoni tiegħek ma' Medtronic u lanqas tippreżenta xi informazzjoni falza oħra dwar Medtronic.
LINKS GĦAL SITI WEB OĦRA
Dan is-sit web jista' jkun fih links għal siti web li mhumiex operati minn Medtronic. Aħna nipprovdu dawn il-links għall-konvenjenza tiegħek, iżda la nirrevedu, la nikkontrollaw u lanqas nimmonitorjaw il-kontenut fuq siti web oħra. Aħna m'aħniex responsabbli għall-prestazzjoni ta' dawk is-siti web jew għan-negozjar kummerċjali tiegħek magħhom. L-użu tiegħek ta' siti web oħra huwa soġġett għat-termini dwar l-użu ta' dawk is-siti web, inklużi l-politiki ta' privatezza u l-politiki tad-drittijiet tal-awtur ta' dawk is-siti web.
IL-LINKS GĦAL DAN IS-SIT WEB JISTGĦU JWASSLUK GĦAND SITI WEB LI JKUN FIHOM INFORMAZZJONI DWAR L-UŻU TAL-PRODOTTI TA' MEDTRONIC JEW TERAPIJI LI MA ĠEWX APPROVATI FIL-PAJJIŻ FEJN TOQGĦOD. MEDTRONIC LA JIKKONTROLLA, LA JAPPROVA U LANQAS JAGĦMEL XI RAPPREŻENTAZZJONI DWAR KWALUNKWE MATERJAL LI JINSAB FI ĦDAN IS-SIT JEW XI RIŻULTATI LI JISTGĦU JINKISBU BL-UŻU TA' KWALUNKWE LINK FUQ DAN IS-SIT WEB. JEKK TIDDEĊIEDI LI TAĊĊESSA XI SITI WEB TA' PARTIJIET TERZI LI HUMA KKOLLEGATI MA' DAN IS-SIT WEB, INTI TAGĦMEL HEKK B'RISKJU TIEGĦEK BISS.
IL-FEEDBACK, IL-KUMMENTI U L-IDEAT TIEGĦEK
Sakemm aħna għandna pjacir nirċievu feedback, kummenti u ideat mill-viżitaturi lejn dan is-sit web, jekk jogħġbok innota li kull informazzjoni li tibgħat permezz ta' dan is-sit web (ħlief l-informazzjoni personali) se tkun ikkunsidrata mhux personali, mhux kunfidenzjali u mhux brevettata. Jekk tibgħatilna informazzjoni personali permezz ta' dan is-sit web, l-ipproċessar ta' Medtronic ta' din l-informazzjoni personali għandha tkun soġġetta għad-Dikjarazzjoni ta' Privatezza tagħna. Medtronic se jkun liberu li jikkopja, jiżvela, jiddistribwixxi, jinkorpora jew inkella juża l-informazzjoni, il-kunċetti, l-għarfien jew it-tekniki, data, immaġni, ħsejjes, test, kontenut u oġġetti oħra integrati hemm li jintbgħatulna għal kwalunkwe skop kummerċjali jew mhux kummerċjali permezz ta' dan is-sit web. Hawnhekk inti tagħti liċenzja mhux ristretta, mingħajr drittijiet tal-awtur u irrevokabbli lil Medtronic biex juża, jirripdoduċi, juri, iwettaq, jimmodifika, jittrażmetti u jiddistribwixxihom fi kwalunkwe medju u taqbel li Medtronic ikun liberu li jużahom għal kwalunkwe skop. Medtronic m'għandu jkollu l-ebda obbligu fir-rigward tal-materjal li jintbagħat li mhuwiex personali.
Inti pprojbit milli tippubblika jew tittrażmetti lil jew minn dan is-sit web kwalunkwe materjal li huwa ta' theddid, malafamatorju, oxxen, indeċenti, provokanti, offensiv, pornografiku, abbużiv, x'aktarx li jinċita mibegħda razzjali, diskriminatorju, li jipperikola, skandaluż, infjammatorju, blasfemiku, jikser il-kunfidenza, jikser il-privatezza jew li jista' jikkawża dwejjaq, fastidju jew inkonvenjenza. Inti pprojbit ukoll milli tippubblika jew tittrażmetti lil jew minn dan is-sit web kwalunkwe materjal li għalih ma ksibtx il-liċenzji neċessarji kollha u/jew l-approvazzjonijiet, jew li jikkostitwixxi jew iħeġġeġ imġiba li tista' titqies bħala reat kriminali, jista' jwassal għal responsabbiltà ċivili jew li inkella huwa kontra l-liġi, jew jikser id-drittijiet ta' xi parti terza fl-Istati Uniti, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropa jew f'pajjiż ieħor fid-dinja. Inti m'għandekx tippubblika jew tittrażmetti materjal li huwa teknikament ta' ħsara (inkluż, mingħajr limitu, viruses tal-kompjuter, bombi loġiċi, Trojan horses, worms, komponenti ta' ħsara, data korrotta jew softwer malizzjuż jew data ta' ħsara oħra). Inti ma tistax twettaq decompiling, inġinerija inversa jew iżżarma xi parti minn dan is-sit web jew il-kontenut tiegħu jew xi softwer użat b'rabta mas-sit web. Inti taqbel li ma tużax b'mod ħażin dan is-sit web permezz ta' hacking jew billi tibgħat jew tiddistribwixxi junk emails jew messaġġi multipli mhux mixtieqa, chain letters jew oħrajn billi tinterfaċċa ma' jew tħarbat is-servizz jew in-netwerks li minnhom għandek l-aċċess. Inti ma tistax tuża dan is-sit web għal xi skopijiet kummerċjali, ta' profitt jew għall-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-estrazzjoni sistematika u/jew l-użu mill-ġdid ta' xi parti minn servizz jew kontenut tas-sit web. Medtronic għandu jikkoopera bis-sħiħ ma' kwalunkwe awtorità tal-infurzar tal-ligi jew ordni tal-qorti li titlob jew tmexxi lil Medtronic jiżvela l-identità jew jillokalizza lil xi ħadd li qed jippubblika xi materjal bi ksur ta' dawn it-termini dwar l-użu.
L-EBDA GARANZIJA. IL-KONTENUT KOLLU FUQ DAN IS-SIT WEB HUWA PPROVDUT LILEK FUQ BAŻI "AS IS", "KIF DISPONIBBLI". HAWNHEKK MEDTRONIC JIĊĦAD IL-GARANZIJI KOLLHA TA' KULL TIP, ESPRESSI JEW IMPLIKATI, STATUTORJI JEW MOD IEĦOR. MEDTRONIC MA JAGĦMILX RAPPREŻENTAZZJONIJIET JEW GARANZIJI LI L-UŻU TA' DAN IS-SIT WEB MHUX SE JKUN INTERROTT JEW MINGĦAJR ŻBALJI. INTI SE TKUN RESPONSABBLI BIEX TIEĦU L-PREKAWZJONIJIET KOLLHA MEĦTIEĠA BIEX TIŻGURA LI KULL KONTENUT LI TISTA' TIKSEB MINN DAN IS-SIT WEB IKUN MINGĦAJR VIRUSES U MINGĦAJR EBDA KODIĊI TAL-KOMPJUTER POTENZJALMENT DISTRUTTIV. MEDTRONIC JESKLUDI R-RAPPREŻENTAZZJONI KOLLHA, IL-GARANZIJI, IL-KUNDIZZJONIJIET U T-TERMINI L-OĦRA (INKLUŻ, MINGĦAJR LIMITU, IL-KUNDIZZJONIJIET IMPLIKATI BIL-LIĠI TA' KWALITÀ SODISFAĊENTI, ADEGWATEZZA GĦALL-ISKOP U L-UŻU TA' KURA U ĦILA RAĠONEVOLI) LI, ĦLIEF GĦAL DAN L-AVVIŻ LEGALI, JISTA' JKOLLHOM EFFETT FIR-RIGWARD TA' DAN IS-SIT WEB. INTI TAQBEL UKOLL BIEX TIKKUMPENSA BIS-SĦIĦ LIL MEDTRONIC GĦAL KWALUNKWE TELF JEW DANNU LI JIĠĠARRAB BI KSUR TA' DAWN IT-TERMINI DWAR L-UŻU.
LIMITAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ. INTI TAQBEL LI, SAL-ESTENT MASSIMU PERMESS BIL-LIĠI, LA MEDTRONIC U LANQAS XI PERSUNA JEW KUMPANIJA ASSOĊJATA MA' MEDTRONIC M'GĦANDHA TINŻAMM RESPONSABBLI GĦAL XI TIP TA' TELF JEW DANNU LI JISTA' JIRRIŻULTA LILEK JEW LIL PARTI TERZA MILL-UŻU TIEGĦEK JEW L-INABBILTÀ TIEGĦEK BIEX TUŻA DAN IS-SIT WEB JEW IR-RIŻULTATI U L-KONTENUT FUQ DAN IS-SIT WEB, JEW XI SIT WEB IKKOLLEGAT MA' DAN IS-SIT WEB. DIN IL-LIMITAZZJONI TAPPLIKA GĦALL-PRETENSJONIJIET KOLLHA, INDIPENDENTEMENT KIF IQUMU, U INKLUŻ, IŻDA MHUX LIMITAT, GĦAL PRETENSJONIJIET IBBAŻATI FUQ GARANZIJA, KUNTRATT, OBBLIGU, RESPONSABBILTÀ STRETTA, U KWALUNKWE TEORIJA LEGALI OĦRA. DIN IL-LIMITAZZJONI HIJA GĦALL-BENEFIĊĊJU TA' MEDTRONIC, L-UFFIĊJALI TIEGĦU, ID-DIRETTURI, L-IMPJEGATI, L-AĠENTI, U L-FORNITURI MSEMMIJA FUQ DAN IS-SIT WEB. DIN IL-LIMITAZZJONI TAPPLIKA GĦAT-TIPI KOLLHA TA' TELF, INDIPENDENTEMENT KIF IQUMU, INKLUŻI, MINGĦAJR LIMITAZZJONI, DANNI DIRETTI JEW INDIRETTI (INKLUŻ TELF TA' PROFITT, TELF TA' DĦUL JEW NEGOZJU JEW TELF TA' OPPORTUNITÀ), SPEĊJALI, INĊIDENTALI, KONSEGWENZJALI, EŻEMPLARI, U PUNITTIVI, MEWT JEW KORRIMENT PERSONALI LI ĠIE KKAWŻAT B'MOD IEĦOR GĦAJR BIN-NEGLIĠENZA TAGĦNA (SKONT KIF IT-TERMINU HUWA DDEFNIT MILL-ATT TAT-TERMINI TAL-KUNTRATTI INĠUSTI 1977, JEW IL-LIĠI LOKALI EKWIVALENTI GĦALL-ĠEOGRAFIJI BARRA L-ISTATI UNITI), JEW DANNI LI JIRRIŻULTAW MINN DATA MITLUFA JEW INTERRUZZJONI TAN-NEGOZJU. XEJN MINN DAN L-AVVIŻ LEGALI M'GĦANDU JESKLUDI JEW JILLIMITA R-RESPONSABBILTÀ TA' MEDTRONIC GĦAL FRODI JEW RAPPREŻENTANZA ĦAŻINA GĦAL KWISTJONI FUNDAMENTALI, JEW XI RESPONSABBILTÀ LI MA TISTAX TIĠI ESKLUŻA JEW LIMITATA SKONT LIĠI APPLIKABBLI.
REGOLI OĦRA DWAR DAN IS-SIT WEB
Barra r-regoli f'dawn it-Termini dwar l-Użu u d-Dikjarazzjoni ta' Privatezza, inti tista' tkun soġġett għal termini addizzjonali li jistgħu japplikaw meta taċċessa servizzi jew kontenut partikolari f'ċerti partijiet f'dan is-sit web, bħal pereżempju ssegwi link minn dan is-sit web. Jekk jogħġbok aqra d-Dikjarazzjoni ta' Privatezza biex issir taf kif nipproteġu u nużaw l-informazzjoni li niġbru permezz ta' dan is-sit web.
Jekk tikser dawn it-Termini dwar l-Użu jew id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza b'mod li tikkawża ħsara lil oħrajn, inti taqbel li żżomm lil Medtronic ħieles minn kwalunkwe responsabbiltà għal dik il-ħsara.
Billi tuża dan is-sit web, inti taqbel li l-uniċi ġurisdizzjoni u post xierqa għal kwalunkwe tilwima ma' Medtronic, jew li b'xi mod jirrigwarda l-użu tiegħek ta' dan is-sit web, huma l-istat u l-qrati federali fl-Istat ta' Minnesota, l-Istati Uniti, ħlief meta l-ġurisdizzjoni hija awtorizzata bil-liġi applikabbli. Inti taqbel ukoll u tagħti l-kunsens għall-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni personali f'dawn il-qrati b'rabta ma' kwalunkwe tilwima li tinvolvi lil Medtronic jew lill-affiljati, l-impjegati, l-uffiċjali, id-diretturi, l-aġenti jew il-fornituri tiegħu. Dawn it-Termini dwar l-Użu huma rregolati bil-liġijiet tal-Istat ta' Minnesota, l-Istati Uniti ħlief meta l-ġurisdizzjoni hija awtorizzata bil-liġi applikabbli.
MISTOQSIJIET, KUMMENTI, U AVVIŻI
Medtronic jista' jibgħatlek avviż permezz tal-email, avviż ġenerali fuq dan is-sit web, jew b'komunikazzjoni bil-miktub imwassla bil-posta fl-indirizz tiegħek li huwa rreġistrat ma' Medtronic. Inti tista' tibgħat avviż lil Medtronic fl-informazzjoni ta' kuntatt li ġejja:
L-Istati Uniti:
Medtronic Operational Headquarters
710 Medtronic Parkway
Minneapolis, Minnesota
55432-5604
Bla ħlas: 800-633-8766
Globali: +1 763 514 4000
Il-Kanada:
Medtronic Canada
99 Hereford Street,
Brampton, Ontario L6Y 0R3 (Canada)
Tel. Bla Ħlas (800) 268-5346
L-Ewropa:
Medtronic International Trading Sàrl
Casa postale
Route du Molliau 31
CH-1131 Tolochenaz
Tel. +41 (0)21 802 70 00
Faks +41 (0)21 802 79 00
Iċ-Ċina:
Medtronic (Shanghai) Management Co., Limited.
Floor 6, Building B, The New Bund
World Trade Center Phase I
255 Dong Yu Road, Pudong, Shanghai
Tel: +86 21 2032 5888
L-Asja il-Paċifiku
Covidien Private Limited
50 Pasir Panjang Road, #04-51
Mapletree Business City
Singapore 117384
Il-Lvant Nofsani u l-Afrika:
Medtronic META FZ-LLC
Office Park, Block D, 2nd floor | Dubai Internet City
Dubai, United Arab Emirates | P.O. Box 500638
L-Amerka Latina
Medtronic
9850 NW41st Suite 450
Miami, FL 33178
786 709 4200
Aġġornat l-aħħar: 30 ta' April, 2019