LIBRERIJI TAL-EMANUALS TA' MEDTRONIC - DIKJARAZZJONI TA' PRIVATEZZA

Medtronic huwa impenjat li jżomm il-fiduċja tiegħek billi jipproteġi l-informazzjoni personali tiegħek. Aħna impenjati li niżguraw li l-privatezza tiegħek hija rrispettata, u li l-informazzjoni personali tiegħek tiġi mmaniġġjata b'mod trasparenti u legali. Kull informazzjoni personali li tipprovdilna se tintuża biss f'konformità ma' din id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza. Aħna nħeġġuk taqra din id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza bir-reqqa.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza tgħidlek kif nipproteġu u nużaw l-informazzjoni li niġbru mingħandek hekk kif tinnaviga fil-libreriji tal-eManuals.

Jekk ma taqbilx ma' din id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza, jekk jogħġbok tipprovdix l-informazzjoni personali tiegħek u ieqaf uża s-siti web. Jekk tiddeċiedi li ma ddaħħalx l-informazzjoni personali tiegħek, Medtronic ma jkunx jista' jipprovdik b'kopji stampati tal-manwali tiegħek fuq talba.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza ġiet riveduta l-aħħar fit-30 ta' April, 2019. Medtronic jista' jbiddel id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni. Jekk nagħmlu xi aġġornamenti sinifikanti fid-Dikjarazzjoni ta' Privatezza aħna nippubblikaw avviż fuq is-sit web.

INTRODUZZJONI

Meta nużaw il-kliem "aħna" jew "tagħna" nkunu qed nirreferu għal Medtronic. Meta nużaw il-kelma "inti" jew "tiegħek" inkunu qed nirreferu għall-utent (il-fornitur tal-kura tas-saħħa, it-tabib, il-pazjent, l-indokratur jew utenti oħra tal-libreriji)

Il-libreriji tal-eManuals li ġejjin jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza:

X'INHI INFORMAZZJONI PERSONALI?

Informazzjoni personali hija informazzjoni li tiġi pproċessata mis-sit web li tkun tidentifikak b'mod speċifiku. L-informazzjoni personali li tinġabar fuq is-siti tal-eManuals tinkludi:

KIF JIĠBRU U JIPPROĊESSAW L-INFORMAZZJONI PERSONALI TIEGĦEK IL-LIBRERIJI TAL-EMANUALS?

Il-libreriji tal-eManuals jiġbru l-informazzjoni personali tiegħek permezz tal-Formola tal-Indirizz għall-Kunsinna.

L-informazzjoni personali li tinġabar fuq dan is-sit web tintuża biss għall-iskop ta' konformità mat-talba tiegħek għall-kunsinna ta' kopja stampata tal-manwali mitluba lilek. Mhux se tintuża biex tidentifikak aktar, jew biex toħloq profil tal-utent ibbażat fuq il-manwal jew il-prodott li tlabt. L-informazzjoni personali tiegħek se tinħażen sakemm ikun neċessarju biex jitwettaq l-iskop imsemmi u se tinżamm wara dan il-perjodu ta' żmien biss sal-estent meħtieġ biex ikun hemm konformità mal-obbligi legali taż-żamma tar-rekords u biex tippermettilna nsaħħu jew niddefendu d-drittijiet legali tagħna, f'konformità mal-Politika taż-Żamma tad-Data. Għal aktar dettalji dwar il-politika taż-żamma tad-data jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Jekk tkun tixtieq tippermetti li l-Formola tal-Indirizz għall-Kunsinna tiġi ppopolata minn qabel bl-informazzjoni tiegħek meta żżur is-sit fil-futur, inti għandek l-għażla li taċċetta cookie li se tippermetti li l-informazzjoni personali tiegħek tinżamm għal ordnijiet ta' stampar futuri, ibbażati fuq il-kunsens tiegħek għal dan l-iskop. Għal aktar dettalji dwar kif nużaw il-cookies jekk jogħġbok ara l-Politika tal-Cookies.

L-informazzjoni personali miġbura mis-siti tal-eManuals se tinħażen fl-Istati Uniti tal-Amerka (USA) taħt Medtronic, Inc. entità legali.

Medtronic, Inc.
710 Medtronic Parkway
Minneapolis MN 55432-5604
L-Istati Uniti tal-Amerka
www.medtronic.com

MEDTRONIC SE JAQSAM L-INFORMAZZJONI PERSONALI MA' PARTIJIET TERZI?

Medtronic jaqsam l-informazzjoni miġbura minn din il-formola mal-bejjiegħ tal-istampar tagħna (R.R. Donnelly) permezz ta' kanal tad-data kriptat u sigur. Dan il-bejjiegħ jista' juża l-Informazzjoni Personali għall-konformità mat-talba tiegħek biex jintbgħatulek il-manwali rilevanti biss. Soġġett għal-liġijiet applikabbli jista' jkun il-każ ukoll li jkollna raġunijiet biex niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek jekk ikun meħtieġ hekk minna biex nikkonformaw ma' xi liġi, regolament, ordni tal-qorti, talba legali jew mill-gvern. F'każ improbabbli fejn in-negozju kollu tagħna jew parti minnu jiġi akkwistat minn parti terza, l-informazzjoni tiegħek tista' tiġi ttrasferita lis-sid korporattiv il-ġdid sa fejn ikun rilevanti għan-negozju inkwistjoni u soġġett għall-kundizzjoni li jkun hemm salvagwardji xierqa fis-seħħ.

KIF JUŻAW IL-COOKIES IL-LIBRERIJI TAL-EMANUALS?

Aħna nistgħu nqiegħdu fajl tat-test jissejjaħ cookie fil-fajls tal-brawżer tal-kompjuter tiegħek meta żżur is-sit. Din il-cookie tista' tinħażen fuq il-ħardisk tal-kompjuter tiegħek. Il-libreriji tal-eManuals jużaw cookies għal diversi skopijiet; uħud minn dawn il-cookies huma essenzjali għall-prestazzjoni tas-siti filwaqt li oħrajn jintużaw beix jappoġġjaw il-funzjonalità tas-sit u biex jipprovdu data tal-analitika dwar l-użu tas-sit li tappoġġja d-deċiżjonijiet strateġiċi u t-titjib futur tal-pjattaforma. Meta jkun meħtieġ hekk mil-liġi, aħna nitolbu l-kunsens tiegħek qabel ma nqiegħdu l-cookies. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għall-Politika tal-Cookies tal-Libreriji tal-eManuals tagħna.

SIGURTÀ

Aħna impenjati li nipproteġu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni personali tiegħek. Biex nevitaw il-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf, l-alterazzjoni, l-aċċess mhux awtorizzat jew l-iżvelar tal-informazzjoni personali tiegħek aħna nużaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex nissalvagwardjaw u nipproteġu l-informazzjoni personali kollha li nipproċessaw.

Aħna se ninfurmaw lilek u/jew lill-awtoritajiet superviżorji rilevanti mingħajr dewmien żejjed jekk ikun hemm il-ħtieġa ta' tali notifika dwar xi żvelar mhux awtorizzat tal-informazzjoni personali.

ID-DRITTIJIET PERSONALI TIEGĦEK U KIF TIKKUNTATTJA LIL MEDTRONIC

Inti għandek id-dritt, f'ħafna każijiet, li taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek fi kwalunkwe ħin. Medtronic jieħu passi raġonevoli biex jiżgura li kull informazzjoni li nżommu dwarek tkun aġġornata, preċiża, rilevanti, mhux qarrieqa u kompluta. Jekk tixtieq titlob, taċċessa jew tikkoreġi l-informazzjoni personali tiegħek, jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-Politika, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Privatezza ta' Medtronic fuq rs.globaldataprivacyoffice@medtronic.com, billi tagħti deskrizzjoni sħiħa tat-talba. Aħna nirrispondu t-talbiet tiegħek għall-aċċess jew għall-korrezzjoni tal-informazzjoni personali tiegħek fi żmien ragoneveli.

M'hemm l-ebda ħlas biex titlob l-aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek iżda jista' jkun il-każ li jkun hemm il-ħtieġa li inti tħallas xi spejjeż raġonevoli tagħna biex nipprovduk bl-aċċess (bħall-ispejjeż għall-fotokopjar).

Hemm xi ċirkostanzi fejn m'aħniex meħtieġa li ntuk aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek. Medtronic jista' ma jakkomodax talba għal aċċess, bidla jew tħassir tal-informazzjoni personali jekk jemmen li jekk jagħmel dan ikun qed jikser xi liġi jew rekwiżit legali, jew li jwassal biex l-informazzjoni tkun skorretta. F'dawk iċ-ċirkostanzi, jekk ikun mitlub minnek, Medtronic għandu jieħu l-passi raġonevoli biex jehmeż dikjarazzjoni pprovduta minnek mal-informazzjoni tal-korrezzjonijiet imfittxija.

Fi kwalunkwe ħin, inti tista' teżerċita d-dritt tiegħek għall-aċċess, rettifika u tħassir ta' kwalunkwe informazzjoni personali relatata miegħek jew biex tillimita l-ipproċessar tal-informazzjoni personali, f'konformità mal-liġijiet applikabbli. Jekk ibbażajna l-ġbir jew l-użu tal-informazzjoni personali tiegħek fuq il-kunsens tiegħek inti għandek ukoll id-dritt li tirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin bl-istess mod li kien ingħata, jew billi tibgħat talba bil-mod imsemmi hawn taħt. Inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment mal-awtorità tal-protezzjoni tad-data lokali tiegħek.

Aħna se nirrispondu l-ilment tiegħek f'perjodu raġonevoli, normalment fi żmien 30 jum.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew kummenti dwar din id-Dikjarazzjoni ta' Privatezza jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lilna jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ta' Medtronic fi: rs.globaldataprivacyoffice@medtronic.com

DRITTIJIET TA' PRIVATEZZA TA' KALIFORNJA

Jekk jogħġbok agħfas hawn għal aktar informazzjoni għar-residenti ta' Kalifornja.